Ritratti: 3 l-isptar wara li ħabtu ma’ bawżer fil-Marsa

Żewġ ġuvintur u tfajla llejla ddaħħlu Mater Dei wara li ħabtu bil-karozza fi Triq Diċembru 13 il-Marsa.
L-inċident ġara ftit wara d-disa' ta' filgħaxija meta l-karozza baqgħet dieħla ġo bawżer tal-ilma li kien qed isaqqi x-xtieli ta' mat-triq.
Il-ħabta ġrat fil-karreġjata li mill-Furjana tagħti għall-Marsa.
Fuq il-post marru minnufih membri tal-Protezzjoni Ċivili li għenu liż-żgħażagħ joħorġu mill-karozza.
Sa issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni ta' saħħithom.