Ritratti: 3 iljuni maħqura fl-Albanija jibdew ħajja ġdida fl-Olanda

REUTERS/Florion Goga

Tliet iljuni li kienu miżmuma f’zoo privat fl-Albanija se jibdew ħajja ġdida fl-Olanda. Dan ġara minħabba li dawn kienu maħqura u wassal biex diversi Albaniżi jilmentaw għall-kundizzjonijiet li fihom kienu miżmuma. Il-Gvern Albaniż għalhekk iddeċida li jordna li t-tigri jiġu salvati biex jibdew ħajja ġdida f’ċentru għal qtates il-kbar bit-tama li xi darba jiġu ritornati fis-salvaġġ.

Ritratti ta’ wieħed mit-tliet iljuni, Lenci, jidher li huwa ma kienx qed jingħata biżżejjed ikel filwaqt li kellu infezzjoni f’għajn minnhom. Ir-ritratti kienu dehru fuq ġurnal Ingliż f’Ottubru li għadda u wassal biex tikber il-pressjoni fuq il-Gvern Albaniż biex jintervjeni.

L-iljun missier u żewġt ifrieħ kienu miżmuma f’zoo f’Fier fin-Nofsinhar tal-Albanija. Huma kienu miżmuma f’gaġġeg żgħar mingħajr dawl naturali li wassal biex jiżviluppaw problemi fil-fwied, fil-ġilda u snienhom.

Ioana Dungler mill-għaqda Four Paws qalet li jirkuppraw l-iljuni mistennija jintbgħatu lejn l-Afrika t’Isfel fejn l-għaqda għandha post għall-iljuni.

Iż-zoo kien ingħalaq minn dak iż-żmien filwaqt li l-midja Albaniża kienet irrappurtat li ż-zoo ma kienx irreġistrat fuq ir-reġistru nazzjonali tal-pajjiż.