Ritratti: 21 pajjiż Ewropew jivvutaw illum

Reuters

Filwaqt li Malta llum għaddej l-għadd tal-voti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, fil-kumplament tal-Ewropa għaddej il-proċess ta’ votazzjoni għall-kandidati għall-Parlament Ewropew.

Skont il-kamra tal-aħbarijiet internazzjonali Reuters, din l-elezzjoni hija mistennija li tkun daqqa ta’ ħarta għall-partiti tradizzjonali li huma favur l-UE, peress li mistennija jikbru l-partiti li jappoġġjaw in-nazzjonaliżmu fil-Parlament Ewropew.

Il-votazzjoni bdiet fis-7 ta’ filgħodu u se tagħlaq fil-11 tal-lejla fl-Italja. Diġà vvutaw 7 pajjiżi fosthom Malta, u fadal 21 pajjiż x’jivvutaw illum.