Ritratti: 20,000 ruħ jattendu l-Karnival tas-Sajf

Ritratti: Festivals Malta

Mal-20,000 ruħ attendew għall-Karnival tas-Sajf li sar għas-sitt sena konsekuttiva.

L-edizzjoni ta’ din is-sena ġiet iċċelebrata fuq tliet ijiem f’Buġibba u Wied il-Għajn.

Il-karnival fetaħ b’ġostra tradizzjonali fil-pjazza ta’ Buġibba li ttelgħet il-Ġimgħa u s-Sibt. Din kienet segwita mill-parata tal-karrijiet u ħafna żfin. Il-karnival kompla l-Ħadd f’Wied il-Għajn fejn ittellgħet parata mal-promenade, akkumpanjata minn bosta spettakli ta’ żfin mill-membri tal-karrijiet.