Ritratti: 20 tifel u tifla jnaddfu l-Bajja ta’ San Tumas

Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti

Read in English.

20 tifel u tifla, flimkien mal-mexxejja tagħhom, naddfu il-Bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn. Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal organizzat din l-attività ta’ tindif ħdejn il-baħar nhar it-Tnejn 26 t’Awwissu.

It-tfal ġabru skart li kien mormi fir-ramel tal-bajja, fuq il-blat ta’ biswit, u fit-triq ta’ maġenbha. L-iskart ġie separat f’boroż apposta, fosthom biċċiet ta’ ħġieġ u madum, ikel u bċejjeċ tal-baħar, plastik u karti, u madwar elfejn loqma ta’ sigarett. Wara, ilkoll niżlu jgħumu f’ambjent iktar nadif milli sabuh.

L-iskop ewlieni tal-attività li saret fuq bażi volontarja kien li titqajjem kuxjenza fost tfal u żgħażagħ, biex minn età żgħira jżommu l-ambjent li jgħixu fih aktar nadif. Din l-inizjattiva kienet ispirata wkoll mit-tagħlim tal-Papa Franġisku li kontinwament jappella sabiex inħarsu lid-dar komuni tagħna.