Ritratti: 20 tal-linja mwaħħlin fit-traffiku f’San Pawl

Minn tal-inqas 20 karozza tal-linja weħlu fit-traffiku fi Triq San Pawl li mix-Xemxija tieħdok għal San Pawl il-Baħar.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li karozza tal-linja ħabtet ma’ trakk li kien għaddej bil-konsegwenza li l-aċċess għat-triq ġie mblukkat.

F’ritratti li rċieva Newsbook.com.mt jidhru għadd ta’ passiġġiera li uħud minnhom kellhom jerħulha bil-mixi biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.