Ritratti: 2 ambulanzi ma jgħaddux minħabba xogħlijiet fit-toroq; residenti mħassba

Żewġ ambulanzi ma setgħux jaċċessaw Triq il-Ġiżmin fis-Swieqi minħabba xogħlijiet li qed isiru fl-istess triq.
Dan qaluh residenti li spjegaw li żewġ ambulanzi ppruvaw jidħlu fit-triq li ilha magħluqa kompletament għal ġimagħtjen. Ix-xogħol f’din it-triq ilu għaddej madwar xahrejn.
Ir-residenti qalu li makkinarju kien qed jimblokka l-aċċess għat-triq. Spejgaw li kien hemm bżonn l-assistenza tal-Pulizija.
Ikkuntattjat minn Newsbook.com.mt, kelliem għall-Pulizija ma setax jikkonferma l-inċident.

Ritratti: Facebook – Vanessa Grech Lupi