Ritratti: 17-il ferħ abbandunat; appell għall-għajnuna

17-il ferħ ta’ qattus ġew abbandunati quddiem il-bieb tal-Carers for Stray and Abandoned Felines (CSAF). Dawn il-frieħ tħallew jiġru fit-triq mingħajr ma kienu f’kaxxa biex tipproteġihom mit-traffiku. L-unika affarijiet li tħallew kienu skuttella tal-plastik bl-ilma u ftit ikel imferrex.

L-għaqda qalet li fix-xhur li għaddew talbu lill-kumpaniji tal-kameras tas-sigurtà biex jisponsorjaw kameras madwar dan ix-xelter iżda l-ebda kumpanija ma kienet lesta li tgħin.

Is-CSAF qalet li bħalissa m’għandhomx spazju, fondi u gaġeġ għal dawn is-17-il ferħ u għalhekk qed titlob lill-pubbliku biex kull min jixtieq jista’ jadotta jew jofri kenn temporanju lil dawn il-qtates.

Huma appellaw li kull min jista’ jgħin b’xi mod jagħmel dan. Kull min jixtieq jgħin jista’ jagħmel dan permezz:  

REVOLUT 79728582

BOV A/C No 40019876298 – IBAN MT26VALL22013000000040019876298

BOV MOBILE PAY 79728582

PayPal: csafmaltafunds@gmail.com

SMS;
50619243 – €11.65
50618069 – € 4.66
50617353 – € 2.33

Iċ-ċekkijiet għandhom ikunu indirizzati lil CSAF.