Ritratti: 15-il persuna minn Open Arms jaslu Spanja

Migrants leave a police bus after arriving on the Spanish military ship 'Audaz' from an Italian port, following a prolonged standoff between Italian authorities and Spanish-registered private rescue boat 'Open Arms', at a port in San Roque, near Algeciras, Spain August 30, 2019. REUTERS/Jon Nazca

Read in English.

Grupp ta’ 15-il persuna li ġew salvati mill-bastiment tal-għaqda Proactiva Open Arms waslu fi Spanja abbord bastiment tal-gwerra.

L-Italja u l-Malta kienu irrifjutaw jħallu l-bastiment Open Arms jidħol fil-port bil-persuni li ġew salvati mill-għarqa.

AQRA: L-immigranti jibqgħu bejn sema u ilma; Malta tgħid ‘le’

Il-grupp li hu magħmul minn 14-il raġel u mara, huwa parti minn grupp ta’ iktar minn 100 persuna. Huma tniżżlu fil-Port ta’ Santu Rokku fil-Lbiċ ta’ Spanja.

Il-Gvern Spanjol qal li t-tobba se jkunu qed jaraw l-immigranti. Huma se jingħataw ukoll dokumenti temporanji sakemm tiġi pproċessata l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil.

Spanja kienet bgħatet bastiment tal-gwerra jiġbor lill-persuni salvati minn Open Arms wara li l-Italja baqgħet tirrifjuta li tħallihom jidħlu bl-immigranti abbord. Ħames stati membri tal-Unjoni Ewropea offrew l-għajnuna tagħhom fil-proċess ta’ rilokazzjoni ta’ dawn il-persuni wara jiem maqbuda bejn sema u ilma.

Il-Ministru għall-Intern Taljan mill-partit tal-lemin estrem Matteo Salvini kien għadda li liġi li twaqqaf il-bastimenti tat-tfittxija u salvataġġ ċivili milli jidħlu l-Italja.

L-għaqda internazzjonali Amnesty International qalet li l-każ ta’ Open Arms kif ukoll każijiet oħra simili juri li l-Unjoni Ewropea falliet fil-qasam tal-immigrazzjoni.

Aqra iktar:

2 nisa tqal u 2 itrabi fost il-124 persuna salvati mill-Open Arms