Ritratti: 13,000 turist maqbudin fil-muntanji Żvizzeri

Maltempata ta’ borra qawwija wasslet biex jingħalqu t-toroq u jieqfu s-servizzi kollha tat-trasport fil-villeġġatura tal-iskijjar Zermatt fl-Iżvizzera, u minħabba f’hekk 13,000 turist inqabdu fil-post mingħajr ebda mod kif jitilqu.
Il-kap tal-istazzjon tal-ferroviji fil-provinċja Żvizzera ta’ Valais ħabbret ukoll li minħabba li mar id-dawl fl-inħawi, l-istazzjon kellu jingħalaq minħabba li l-ebda ferrovija ma setgħet taħdem f’dawk il-kundizzjonijiet.
It-triq prinċipali tal-provinċja ngħalqet ilbieraħ filgħodu filwaqt li l-ferrovija waqfet taħdem il-lejl li għadda.
Minkejja l-abbundanza ta’ borra li niżlet fil-villeġġatura, it-turisti qed jiġu avżati biex ma jmorrux jiskijjaw fuq il-muntanji minħabba li hemm riskju kbir li sseħħ valanga fl-inħawi.
Il-President tar-reġjun Romy Biner-Hauser qal li qed jittieħdu l-prekawzjoniijiet li meħtieġa biex iwaqqfu diżastru milli jseħħ, ladarba spjegat li t-theddida ta’ valanga telgħet għall-massimu.
Temm jgħid li s-sitwazzjoni qed tiġi sorveljata kull nofs siegħa, u li se jittieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu lin-nies maqbuda fil-post f’każ li s-sitwazzjoni tinbidel.