Ritratti: 12-il persuna b’diżabilità jitolbuk tħares lejhom

Mad-19,000 persuna b’diżabilità reġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) iħossuhom ferm inviżibbli, iżda dawn it-12-il persuna qed jitolbuk tħares lejhom.

Is-CRPD kkummissjonat serje ta’ 12-il ritratt ta’ dawn il-persuni li għandhom diżabilitajiet differenti fosthom spina bifida, problemi bis-smigħ u l-vista tal-għajnejn, ADHD, awtiżmu u down syndrome. Huma qed jagħmlu numru ta’ attivitajiet differenti, bħat-teatru, żfin, logħob, bowling, għawn, fost oħrajn. Ir-ritratti ttieħdu mill-fotografu Darren Zammit Lupi u flimkien jirrappreżentaw l-aspirazzjonijiet ta’ dawn il-persuni.

Kull ritratt jgħid storja…inti lest li tħares lejhom u tarahom?

Matthew u Annemarie Bugeja

Darren Zammit Lupi

L-aħwa Matthew u Annemarie Bugeja huma atleti tal-Ispecial Olympics Malta. Huma rebħu diversi medalja għall-pajjiż. L-aħwa għandhom problemi bis-smigħ.

Rocco Gauci

Darren Zammit Lupi

Rocco Gauci bħalissa qed jistudja l-ITS bit-tama li jilħaq chef.

Maria Gauci

Darren Zammit Lupi

Maria Gauci hija żeffien li għandha d-Down Syndrome.

Antonio Flores

Darren Zammit Lupi

Antonio Flores huwa podjatriku. Hu għadda minn operazzjoni fejn tneħħietlu siequ minn taħt l-irkoppa l-isfel. Hu bħalissa qed jitħarreġ sabiex jikkompeti fil-Paralympics f’Tokyo 2020.

Blaine Schembri

Darren Zammit Lupi

Blaine Schmebri għandu l-awtiżmu u passjoni kbira għal-logħob diġitali.

Noel Aquilina

Darren Zammit Lupi

Noel Aquilina kien wieħed mill-membri li bdew il-Malta Basketball Wheelchair Association.

Philip Gruppetta

Darren Zammit Lupi

Philip Gruppetta huwa bowler fl-iSpecial Olympics Malta. Hu jinsab fl-20 pożizzjoni qalb 72 bowler minn madwar id-dinja kollha. Hu jaħdem mal-Forzi Armati ta’ Malta.

Samuel Farrugia

Darren Zammit Lupi

Samuel Farrugia tilef id-dawl t’għajnejh sitt snin ilu. L-akbar passjoni tiegħu huwa l-qari u bħalissa qed jikteb novella.

Julian Bajada

Darren Zammit Lupi

Julian Bajada huwa avukat u para-atleta li twieled diversi differenzi fiżiċi konġenitali mill-irkoppa l-isfel fiż-żewġ saqajn u għandu l-id il-leminija nieqsa.

Maja Theuma

Darren Zammit Lupi

Maja Theuma għandha 19-il sena u hija għawwiema tal-Paralympics li tispeċjalizza fil-Freestyle u l-Backstroke.

Annabelle Xerri

Darren Zammit Lupi

Annabelle Xerri nieqsa mis-smigħ u bħalissa qed tagħmel Masters fl-Istudji dwar id-Diżabilità. Hi miżżewġa u għandha tifla ta’ sentejn li jisimha Emily.

Christine Mifsud

Darren Zammit Lupi

Christine Mifsud miżżewġa lil Stanley u flimkien għandhom tewmin bniet ta’ 20 sena. Christine nieqsa mid-dawl.

Is-CRPD spjegat li waqt li kienu qed jaħdmu fuq dawn ir-ritratti riedu jassiguraw li dawn il-persuni jidhru eżatt kif inhuma. Qalu li ma riduhomx jidhru bħala ‘ta’ ispirazzjoni’ jew ‘vittmi tas-soċjetà’. Sostniet li dawn huma persuni li għandhom diżabilità u b’hekk semmew il-kampanja tagħhom ‘Different is Normal’.