Read in English.
Ħidma ta’ tiftix u salvataġġ tal-NGO Mediterranea Saving Humans u SOS Mediterranee wasslet sabiex jiġu salvati 50 persuni minn dgħajsa li kienet f’risku li tgħereq. Abbord kien hemm 12-il minuri u mara tqila.
BREAKING: @SOSMedIntl and @MSF_Sea have just rescued 50 people from a boat in distress in intl. waters off the coast of #Libya. The rescue took nearly three hours to complete. 12 children under the age of 18 & one pregnant woman are among those now safely onboard the #OceanViking pic.twitter.com/orEXzK0IHN
— SOS MEDITERRANEE (@SOSMedIntl) September 8, 2019
Fi tweet ġie spjegat li dawn il-persuni ġew salvati minn dgħajsa f’ibħra internazzjonali ‘l barra mil-kosta Libjana. Jidher li l-ħidma ta’ salvataġġ ħadet mat-tliet sigħat biex tintemm.
L-għaqdiet qalu li issa l-persuni kollha salvati jinsabu abbord il-bastiment tat-tiftix u salvataġġ l-Ocean Viking.
Propju lejn l-aħħar ta’ Awwissu, 356 li kienu ġew salvati mill-istess bastiment kienu ddaħħlu Malta permezz ta’ ħidma tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Aqra: Filmat u ritratti: L-immigranti tal-Ocean Viking jaslu Malta