Ritratti: 100 sena ta’ moda u kultura Maltija miġbura f’wirja waħda

100 sena ta’ moda u kultura Maltija inġabru f’wirja waħda organizzata mill-Ewroparlamentari Maltija Marlene Mizzi bħala parti mill-programm kulturali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-wirja tinsab fil-binja tal-Parlament u se tibqa’ miftuħa sa nhar il-Erbgħa 5 ta’ Lulju. Din qed tkun miftuħa kuljum bejn it-8:00am u l-5:00pm.
Il-wirja tinkludi kollezzjoni ta’ ħwejjeġ u lbiesi ta’ kwalità li jmorru lura sal-1917 u turi Malta eleganti u tesponi t-talent ta’ disinjaturi Maltin.
F’konferenza li saret dwar il-moda f’Malta, il-MPE Marlene Mizzi qalet li l-wirt kulturali ta’ Malta huwa ta’ livell għoli ħafna iżda sfortunatament mhux dejjem ikun rikonoxxut, apprezzat u mfaħħar.
Spjegat li l-għan tal-wirja huwa li jikber l-għarfien fuq l-evoluzzjoni tal-moda u l-istili differenti fil-gżejjer Maltin.
Waqt il-ftuħ tal-wirja, l-Ispeaker Anġlu Farrugia ħeġġeġ lill-imprendituri Maltin biex jinvestu aktar fil-qasam tal-ilbies u l-moda li fi kliemu jista’ jikber f’mutur ieħor tal-ekonomija Maltija.
Għall-ftuħ uffiċjali ta’ din il-wirja kien hekk ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli 

Ritratti: DOI – Pierre Cachia