Ritratti: 100 anniversarju mit-twaqqif tal-1st Rabat Scout Group

Hekk kif din is-sena timmarka il-100 anniversarju mit-twaqqif tal-1st Rabat Scout Group, il-grupp qed jorganizza diversi attivitajiet bil-qofol jintlaħaq nhar il-Ħadd li ġej.

L-attività tibda fit-8.30 am u se tkun tinkludi parata bis-sehem ta’ għaxar gruppi ta’ scouts inkluż ħames baned. Se ssir ukoll quddiesa fil-Katidral tal-Imdina konċelebrata mill-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca.

Wara l-quddiesa se jittieħdu ritratti tal-gruppi fil-pjazza tal-Katidral. U tinkixef il-lapida kommemorattiva fil-kwartieri tal-iscouts tar-Rabat.

F'Mejju li għadda, waqt serata speċjali, il-membri kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ membri passati, wħud minnhom ta’ età avvanzata, li qasmu l-memorji u l-avventuri tagħhom.