Ritratti: 10 karrijiet, 6 kumpaniji taż-żfin u 3 baned

Fill-Karnival tas-sajf li sar Għawdex, ħadu sehem għaqdiet karnivaleski Għawdxin kif ukoll Maltin. Fost l-oħrajn, kien hemm 10 karrijiet trijonfali, 6 kumpaniji taż-żfin u 3 baned lokali.

Il-Ministru għal-Għawdex, Justyne Caruana qalet li l-Karnival ittella’ bil-ħidma tal-Kunsill tal-Kultura f’Għawdex u bil-kollaborazzjoni ta’ Arts Council Malta. Il-Ministru Caruana rringrazzjat lil dawk li taw il-kontribut tagħhom kif ukoll lill-pubbliku li attenda bi ħġaru u gawda dawn l-attivitajiet.

Ritratti: MGOZ George Scerri