Ritratti: Tinqaleb karozza fil-Gudja

Żewġ persuni kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei wara li nqalbet karozza fil-Gudja. L-inċident seħħ aktar kmieni fi Triq Dawret il-Gudja.
Il-karozza inqalbet wara li ħabtet ma’ vettura oħra.
Kemm ir-raġel ta’ 44 sena mill-Gudja u l-mara ta’ 28 sena mill-Imsida ma jinsabux fil-periklu tal-mewt.
Fuq il-post marru ukoll il-pulizija. 

Ritratt: CMRU