Ritratt ta’ vġili għal Daphne jirbaħ premju internazzjonali

Darrin Zammit Lupi

Ritratt li ħa l-fotografu Malti Darrin Zammit Lupi waqt vġili għall-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia rebaħ premju internazzjonali, flimkien ma’ 5 ritratti oħra.

Ir-ritratt, li jismu Justice for Daphne, juri r-ritratt tal-ġurnalista mgħolli qalb dwal mixgħulin waqt vġili li saret bi tfakkira tal-qtil tal-ġurnalista.

Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom, Allard Prize for International Integrity qalu li s-6 ritratti rebbieħa kollha jirriflettu t-tema ta’ kuraġġ u tmexxija fil-konfront ta’ korruzzjoni, kif ukoll il-promozzjoni tad-drittijiet umani. Fosthom hemm ritratt waqt protesta li saret fil-Venezwela.

Congratulations to the winners of the Allard Prize November 2018 Photography Competition! The six winning images reflect…

Posted by Allard Prize For International Integrity on Friday, January 4, 2019