Titħabbar id-data tal-funeral ta’ Nolan

It-tfajla ta’ Nolan Farrugia, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku bil-mutur qalet li l-funeral tiegħu se jsir għada fil-parroċċa tas-Siġġiewi, fit-3pm. Spjegat li kull min jixtieq jattendi ma għandux jilbes l-iswed jew l-aħmar.

Ritratt ta’ Nolan u xemgħat fil-post fejn tilef ħajtu

Ritratt u xemgħat sabu ruħhom fil-post fejn seħħ l-inċident.

Nolan iż-żagħżugħ li miet f’Ħal Luqa; ir-restorant fejn jaħdem jagħlaq

Nolan Farrugia miet wara li seħħet ħabta bejn il-mutur tiegħu u trakk li kien misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Għaxaq. Nolan kien fi triqtu lejn ir-restorant fejn jaħdem, li lbieraħ għalaq għall-kumplament tal-jum b’rispett lejn Nolan, li jidher li kien maħbub sew.

“Li ma kienx Nolan ma kontx inkun ir-raġel li jien illum”

F’messaġġ emozzjonanti fuq Facebook, ħabib ta’ Nolan sostna li jaf li l-ebda kelma jew sentenza li se jgħid mhu se jġibuh lura u li jgħid x’jgħid xejn mhu se jagħti unur lil dak kollu li għamel miegħu. Spjega li kien ilhom ħbieb propju 17-il sena, u li kieku ma kienx Nolan għalih ma kienx ikun “difer ta’ raġel” li hu llum.

“Issa naf min kien il-wejter favorit tiegħi” – klijenta dwar Nolan

Hu rringrazzja lil Nolan talli għallmu jħaddan u jgħaraf l-imħabba. Għaldaqstant appella sabiex ħadd ma jistenna sal-għada biex jgħid il-kelma “inħobbok”, għax jaf l-għada tispiċċa sabiex titlef il-persuna.

Niprova nimla il vojt li hallejt bi' kliem. Fejn naf li l-ebda tip ta' sentenza jew kelma m'hu se iggibek lura. Fejn…

Posted by Curt Ebejer on Friday, December 28, 2018