Ritratt ta’ Miss Iżrael u Miss Libanu jqajjem pandemonju

Ritratt fuq instagram tal-mudella Doron Matalon, li hi wkoll Ms Iżrael, qajjem polemika sħiħa f'Iżrael u l-Libanu.  
Fir-ritratt, it-tfajla tidher flimkien ma’ mudelli oħra, fosthom mill-Ġappun, mill-Islovenja u fuq kollox mal-mudella mil-Libanu Saly Greige. 
Hi proprju l-mudella Libaniża li qajmet l-ikbar pandimonju.  
Dan għaliex għalkemm l-Iżrael u l-Libanu ilhom mis-sena 2000 li rtiraw it-truppi rispetti tagħhom, fil-verità għadhom qed jiġġieldu bejniethom. 
Din il-ħbiberija ma tantx niżlet tajjeb, l-aktar mal-poplu Libaniż, li talab biex il-kompetitriċi Libaniża, tirtira mill-kompetizzjoni tas-sbuħija.