Ritratt ta’ Daphne fil-Bidnija 9 xhur wara mewtha

Disa’ xhur wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, attivisti poġġew ritratt tagħha fl-għalqa fejn inqatlet fil-Bidnija fis-16 t’Ottubru s-sena l-oħra.

Minflok ipoġġu billboards madwar Malta kif jagħmlu s-soltu fis-16 tax-xahar, l-attivisti anonimi xtaqu jżuru l-post fejn kienet assassinata l-ġurnalista bħala tifkira ta’ li ġara u talba għal ġustizzja.

Illum għandha ssir velja fil-5.30pm quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta.