Aġġornata: Ritratt tal-Papa t’erba snin ilu…

Bħalissa ritratt tal-Papa meħud erba snin ilu qed idur fuq l-internet u jagħti l-impressjoni li ttieħed waqt li l-Papa Emeritu qed isegwi l-Konklavi. Dan ir-ritratt ittieħed minn dokumentarju li l-istazzjoni History xandar dwar il-Vatikan madwar erba snin ilu.

Il-Konklavi fil-fatt huma storiċi għax qed isiru wara li l-Papa rreżenja.

Bħalissa għajnejn kulħadd huma fuq iċ-ċumnija fuq il-Kappella Sistina li tħabbar il-ħatra tal-Papa ġdid malli tarmi duħħan abjad. Ftit wara il-Papa elett mistenni joħroġ fil-gallarija tal-Vatikan biex isellem lill-folla miġbura fi Pjazza San Pietru.