Ritratt: Sellum mimli sadid mitluq f’qigħ il-baħar

Fuq Facebook, Dr Alan Deidun tella’ ritratti li ħa minn taħt il-baħar tal-fdalijiet tal-breakwater f’Marsalforn.
Fir-ritratti wieħed jista’ jara s-sellum tal-għawm mimli sadid f'qiegħ il-baħar.
F’kumment, Dr Deidun staqsa għalfejn meta jagħmlu sellum ġdid għall-għawwiema, il-qadim qatt ma jittella’ mill-baħar, iżda jitħalla jissaddad fil-qigħ.
Newsbook.com.mt għadu qed jistenna t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li bgħat lill-Ministeru għal Għawdex.