Ritratt: Rieqed fuq il-bankina…Għawdex ippakkjat jew is-sħana?

Dan ir-ritratt li ttella’ fuq Facebook aktar kmieni llum wassal għal konklużjonijiet differenti minn uħud fost dawk li rawh.

Kien hemm min ikkummenta b’ton sarkastiku. Oħrajn spekulaw li l-lukandi f’Għawdex huma kollha bbukkjati jew li hemm qtugħ fil-provvista tal-elettriku.

Persuna oħra qalet li baqgħet skantata bir-ritratt għax dik kienet drawwa komuni fost l-Għawdxin 40 sena ilu, li kienu joħorġu jorqdu barra għaż-żiffa.

Iżda kien hemm min kien aktar serju fil-kumment tiegħu, fejn wera t-tħassib li dan jista’ jintlaqat minn xi vettura jew minn sewwieq xurban.

 

Ritratt: George Scicluna