Orban jitlob investigazzjoni fl-inċident fatali b’dgħajsa fl-Ungerija

A woman watches as divers arrive at a rescue vessel near the site of a boat accident, which killed several people, on the Danube river in Budapest, Hungary, May 31, 2019. REUTERS/Antonio Bronic

Read in English.

Il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban qal li l-Ġimgħa talab investigazzjoni fl-inċident li seħħ b’dgħajsa fl-ixmara Danube li qatel minn tal-inqas seba’ turisti mill-Korea t’Isfel din il-ġimgħa.

Orban sostna li dan l-inċident ħalla l-passiġġiera mingħajr l-ebda ċans li jsalvaw. Hu offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familji. Il-Pulizija fl-Ungerija qalet tard il-Ħamis li arrestat lill-kaptan tal-vapur li kien involut fl-inċident.

Il-vapur kien qed jagħmel vjaġġ fl-ixmara sakemm ħabat ma’ dgħajsa lussuża waqt maltempata, l-Erbgħa filgħaxija. Dan wassal sabiex id-dgħajsa lussuża għerqet bi 33 turist mill-Korea t’Isfel, tour guides u żewġ membri tal-ekwipaġġ Ungeriżi.

Seba’ persuni ġew salvati, seba’ oħra mietu, filwaqt li għad hemm 21 persuna nieqsa. L-uffiċċjali tas-salvataġġ Ungeriżi qalu li hemm ċans żgħir ħafna li jinstabu persuni ħajjin.