Ritratti: Omm ta’ tlieta tirbaħ il-konkors Mrs Malta 2020

Mrs Gaffiero

Geraldine Ellul Magri, omm ta’ tlieta mis-Siġġiewi, hija r-rebbieħa tas-seba’ edizzjoni tal-konkors Mrs Malta 2020 li Ivan Gaffiero tella’ lbieraħ filgħaxija ġewwa Montecristo. Hija ġiet magħżula minn fost 15-il konkorrenta li waslu sal-finali.

Fit-tieni post ġiet Nadine Cushieri (Mrs Rabat) filwaqt li fit-tlietet post ġiet ikklassifikata Shaline Pullicino (Mrs Imrieħel).

Ir-rebbieha, Geraldine Ellul Magri, b’hekk rebħet id-dritt li tirrappreżenta lil Malta fil-konkors Mrs World 2021 li se jkun organizzat is-sena id-dieħla, f’data u pajjiż li għandhom jitħabbru aktar ‘il quddiem.

Awguri lir-rebbieħa kollha.