Ritratt: Min kienu l-passiġġieri li tilfu ħajjithom fit-traġedja tal-MH17?

Ħadd ma salva mill-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ li kienu abbord l-ajruplan bit-titjira MH17, li mill-Olanda kienet sejra lejn Kuala Lampur fil-Malasja. Il-298 persuna abbord mietu kollha meta l-ajruplan iġġarraf fl-Ukraina l-Ħamis li għadda.
Fir-ritratt jidhru uħud mill-passiġġieri li tilfu ħajjithom f’din it-traġedja.
Ħafna minnhom kienu se jattendu konferenza tan-Nazzjonijiet Maqgħuda li kienet se ssir fl-Awstralja bejn għada l-Ħadd u l-25 ta’ Lulju.
Fabian Demicoli wkoll kien se jkun fuq din it-titjira, li kieku ma ħassarx is-sehem tiegħu fl-istess konferenza minħabba impenji ta’ xogħol hawn Malta.