Lampa li tirrekordja dak li tgħid u tiktbu fuq Twitter

Lampa li tisma’ x’inti tgħid u tikteb dak li tisma’ fuq il-profil fi Twitter.
Din hija lampa partikolari, li mhux magħruf fejn hi installata iżda li maż-żmien fuq il-profil @coversnitch fuq Twitter, kitbet siltiet mill-konverżazzjonijiet tan-nies li waqfu maġenba biex jitkellmu.
Fost it-temi diskussi li l-lampa irnexxilha tirrekordja u tikteb fuq is-social media, jvarjaw mix-xogħol, relazzjonijiet u tensjoni fuq il-post tax-xogħol.
Kienu Kyle McDonald u Brian House li ħarġu b’din l-invenzjoni sabiex fi kliemhom ifakkru lin-nies dwar il-bżonn tal-privatezza, speċjalment wara l-programm ta’ spjunaġġ tal-Istati Uniti mmexxi mill-NSA.
McDonald u House spjegaw kif din il-lampa ġiet tiswa biss €72 u kien verament faċli għalihom li jgħaqqduha.
Il-lampa taħdem permezz ta’ kompjuter żgħir daqs karta tal-kreditu magħruf bħala Raspberry PI, mikrofonu, bozza LED u tieħu post bozza normali.
Sakemm tkun qed taħdem jirnexxilha tirrekordja l-awdjo u tibgħatu bil-WIFI Hotspot tal-post.
McDonald u House iħallsu volontiera li jiktbu fuq Twitter dak li l-lampa tkun irrekordjat. 

Ritratt: Kyle McDonald / Brian House