Ritratt: Jitwieldu separati u pront ifittxu l-idejn xulxin

Daniel u Maria huma żewġ aħwa tewmin Spanjoli li qattgħu d-disa’ xhur f’ġuf ommhom f’boroż separati. Mal-wasla tagħhom fid-dinja, dawn it-tewmin kienu pronti biex qabdu idejn xulxin.

Ir-ritratt li juri dan il-mument ikkomwova l-poplu Spanjol u lid-dinja kollha.  It-tobba li kienu preżenti ddeskrivew dan il-mument bħala prova ċara kemm it-tewmin ifittxu li jipproteġu lil xulxin.