Ritratt: Jinqaleb bil-karozza f’Burmarrad

Ftit qabel is-sitta tal-lejla, sewwieq ta’ karozza kellu jittieħed Mater Dei wara li nqaleb bil-karozza f’Burmarrad.
Skont il-Pulizija, ir-raġel qed ibati minn xokk.
L-inċident ġara qrib iċ-ċimiterju meta r-raġel ħabat waħdu ma’ ħajt b’konsegwenza li nqalbet il-karozza.
Is-sewwieqa huma mħeġġa jużaw toroq alternattivi minħabba t-traffiku li qed jinġema' fl-akwati.
Ritratt: Maltese Roads Traffic Update