Ritratt: Jieħdu sehem fil-Ġimgħa l-Kbira u jaħsbu fit-tfajjel Bormliż

Ir-reffiegħa u dawk kollha involuti fl-attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’Bormla, lbieraħ ġabru somma flus biex tingħata lil Ziam, tifel żgħir Bormliż li jbati minn kundizzjoni medika rari hafna.
Ziam bħalissa jinsab barra minn Malta fejn qed jirċievi l-kura.
Din il-ġabra ta’ €700 ġiet preżentata lill-Arċipriet ilbieraħ, ftit qabel ħarġet il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbir sabiex tingħata lill-familja tat-tfajjel f’isem il-komunità Bormliża.