Ritratt: Jekk mhux iż-żwiemel…id-dgħajsa!

Dgħajsa ta’ madwar 40 pied kienet il-kawża ta’ traffiku kbir li lbieraħ inġema’ minn San Pawl il-Baħar fid-direzzjoni tal-Għargħur.
Newsbook.com.mt huwa nfurmat li minbarra li d-dgħajsa li kienet qed tinġarr minn trakk kienet qed iżomm it-traffiku, x’ħin waslet il-Għargħur is-sewwieqa setgħu jitfu l-karozza għal 30 minuta sħaħ. Dan minħabba li s-sewwieq tat-trakk ipprova jdaħħal id-dgħajsa fi sqaq dejjaq, waqt li għal ħin twil kien fuq il-mowbajl.
Nhar is-Sibt li għadda fiċ-ċentru ta’ Malta kien hemm traffiku kbir hekk kif il-bypass tal-Imrieħel ingħalqet għat-traffiku għal sitt sigħat minħabba tiġrijiet taż-żwiemel.

Ritratt fuq info@newsbook.com.mt