Ritratt: Igawdu l-proġett il-ġdid ta’ Bormla u jħallu l-ħmieġ warajhom

Ftit jiem biss wara li ġie inawgurat il-proġett tal-Baċir Numru Wieħed f'Bormla, xi persuni ħallew l-iskart tal-ikel warajhom.
Newsbook.com.mt irċieva ritratt li fih jidher li xi ħadd mar igawdi l-proġett il-ġdid, iżda min kien ħalla l-kaxxa tal-ikel take away, boroż, u anke għadam tat-tiġieġ mal-art u fuq il-bank.
Sa dalgħodu, l-iskart kien għadu hemm u nstab minn dawk li marru jippassiġġaw madwar il-baċir
Il-proġett ġie inawgurat aktar kmieni din il-ġimgħa.