Ritratt: Eluf jattendu l-funeral tal-vittmi tal-attakk terroristiku mill-ISIS fil-Kuwajt

Eluf attendew għall-funeral tas-27 vittma li tilfu ħajjithom f’attakk suwiċida mill-Istat Iżlamiku f’Moskea fil-qalba tal-belt kapitali tal-Kuwajt.
L-attakk seħħ nhar il-ġimgħa li għadda meta bomba ħadet waqt it-talb ta’ nhar ta’ ġimgħa. Dan kien wieħed mit-tliet attakki li seħħew nhar il-ġimgħa fi tliet kontinenti differenti.
Il-pulizija fil-Kuwajt arrestaw lit-terrorist li saq il-karozza bomba għal ġol-Moskea. Għalkemm ma tantx hemm dettalji, skont il-Ministru għall-Intern tal-pajjiż, għadd ta’ persuni qed jinżammu arrestati.
Intant, membri tal-forensika għadhom qed ifittxu madwar il-Moskea biex jiġbru aktar informazzjoni dwar l-isplużjoni. Jidher li l-isplużjoni tant kienet qawwija li twieqi tal-karozzi, li kienu viċin ipparkjati madwar il-Moskea, infaqgħu bil-qawwa tal-bomba.
Apparti s-27 persuna li tilfu ħajjithom, 227 oħra sofrew ġrieħi.