
Il-President tar-Russja Vladimir Putin qal li l-Kremlin se jkun qed jirritalja jekk l-Istati Uniti joħorġu minn trattat dwar l-armi nukleari tal-1987, skont aġenziji tal-aħbarijiet Russi.
Putin iddiskuta l-possibilità ta’ ritaljazzjoni ma’ uffiċjali mill-Ministeru għad-Difiża u żied jgħid li l-Kremlin kien lest jiddiskuti t-trattat ma’ Washington. It-trattat li ġie ffirmat fi żmien il-Gwerra Bierda li neħħa armi nukleari ta’ fuq l-art mill-Ewropa reġa’ beda jiġi diskuss fi żmien ta’ tensjoni bejn il-Punent u r-Russja.