Ristrutturar fil-Medavia jinkludi tkeċċija tal-piloti u l-ekwipaġġ

Read in English.

Il-kumpanija Medavia ħabbret li kellha tkeċċi l-ħaddiema. Fi stqarrija, il-kumpanija tal-ajru bbażata f’Malta qalet li biex issalva għaż-żmien fit-tul kellha tieħu miżuri drastiċi.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li madwar 20 ħaddiem tilfu xogħolhom inkluż piloti Maltin li jaħdmu mal-kumpanija.

Fl-istqarrija kelliem għal Medavia qal li fiċ-ċirkostanzi, il-kumpanija qed taħdem biex iġib lura l-ħaddiema li kienu stazzjonati f’ajruporti barra minn Malta. Qal li l-pandemija tal-Covid-19 ħalliet effetti diżastrużi fuq il-kumpanija. Huwa spjega wkoll li kien inevitabbli li l-ajruplani tagħhom ma jtirux aktar.

Il-maniġment qed jaħdem ukoll biex isiru sforzi ta’ ristrutturar fil-kumpanija biex tibqa’ tħaddem l-operat tal-bqija tad-dipartimenti.