Ristorant ġdid fin-Naxxar: The Orchard

Ftit tal-jiem ilu Hilltop Gardens tan-Naxxar nieda uffiċjalment ristorant ġdid bl-isem The Orchard, b’ambjent kontemporanju għal dawk li qed ifittxu li jmorru jieklu l-ikla ta’ waranofsinhar jew ta’ filgħaxija f’post seren. 
Ir-ristorant li hu mimli b’dawl naturali, huwa ideali għal kull tip ta’ avveniment bħal ikliet privati, okkażjonijiet speċjali bħal għeluq snin xi ħadd, magħmudijietavvenimenti għall-kumpaniji u għal familja kollha. Apparti dan, il-post joffri terazzin imdaqqas għal dawk li jkunu jixtiequ jieklu għall-apert.
Fil-menu apposta għas-sajf wieħed isib diversi ikliet ħfief tal-bidu, xelta vasta ta’ insalati, kif ukoll laħmijiet u ħut, kollha servuti b’mod oriġinali. Wieħed jista’ jsib ukoll tipi differenti ta’ nbejjed li jikkumplimentaw il-platti diversi.  
Il-kap tal-kċina huwa James Rizzo, li l-esperjenza kbira tiegħu fil-qasam tal-ikel hija riflessa fis-sbuħija u t-tjubija tal-platti ta’ The Orchard. Rizzo ħadem fl-Ingliterra mal-kok ta’ fama internazzjonali Jamie Oliver, f’wieħed mir-ristoranti tiegħu bl-isem ta’ ‘Jamie’s Italian’. 
The Orchard jiftaħ kuljum bejn in-12:30pm u t-15:30pm, u jerġa’ jiftaħ filgħaxija bejn is-7pm u d-9:30pm. Kull nhar ta’ Ħadd, wieħed jista’ jattendi l-buffet bejn is-1pm u t-3pm li joffri għażla vasta ta’ antipasti, sopop u għaġin, kif ukoll majjal, ċanġa u ħaruf servut mal-ħaxix frisk u l-patata. Il-mejda tad-deżerti tinkludi diversi kejkijiet, ġobnijiet u frott frisk. Il-prezz tal-buffet jinkludi wkoll ix-xorb, bħall-birer lokali, inbejjed, ilma u soft-drinks.
The Orchard joffri parkeġġ b’xejn fis-sular ta’ taħt il-kumpless. Dan il-parkeġġ jingħata fuq bażi first come first served