Risotto bit-tiġieġ u t-tumeric (gluten free)

Riċetta ta’ Anton B Dougall
Ingredjenti

  • 600ml stokk tat-tiġieġ
  • 300gr sider tat-tiġieġ
  • 200gr ross arborio
  • 100gr basal
  • 70gr butir
  • 50gr piżelli
  • Qarabagħlija
  • Bżaru aħmar (mhux minn dak li jaħraq)
  • Tewm (skont kemm tiggosta)
  • Tazza nbid abjad
  • Tumeric
  • Bżar mitħun frisk u melħ

Metodu
1. Qaxxar u qatta' l-basal u t-tewm f’biċċiet zgħar.
2. Qatta' s-sider tat-tiġieġ f’biċċiet żgħar.
3. Dewweb ftit mill-butir ġo taġen fond u aqli l-basal u t-tewm. Hawwad il-ħin kollu biex ma jiskurawx.
4. Żid ir-ross u l-biċċiet tat-tiġieġ. Kompli sajjar, filwaqt li tħawwad il-ħin kollu, sakemm isir it-tiġieġ.
5. Qaxxar il-ħaxix u qattgħu f’biċċiet zgħar. Żid mar-ross u ħawwad tajjeb.
6. Żid l-inbid u t-turmeric. Roxx ftit bżar u melħ u erġa ħawwad.
7. Baxxi n-nar malli t-taħlita tiftaħ tagħli u kompli sajjar sakemm isir ir-ross.
8. Ħawwad ir-ross b’furketta biex ma jibqax ċappa waħda. Servi mill-ewwel. 
Għall-aktar riċetti minn Anton B Gougall segwi l-programm Ta' Kulħadd fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm, jew il-paġna tal-Facebook ta' Anton B Dougall.