Risotto bil-piżelli

Ingredjenti

50g butir

basla mqattgħa fin

300g piżelli tal-friża jew friski, msajrin

1.75ml brodu tal-ħaxix tad-dadi

350g ross tar-risotto

200ml nbid abjad

25g ġobon parmiġġjan maħkuk

Metodu

Itfa’ l-butir f’taġen sakemm idub. Żid il-basla u sajjar fuq nar baxx għal 10 minuti. Sadattant ħu 100g mill-piżelli, agħmilhom f’food processor ma’ kuċċarun brodu u aħdem sakemm ikollok puree.

Żid ir-ross mal-basla u sajjar fuq in-nar għal minuta. Ferragħ l-inbid u ibqa’ ħawwad sakemm l-inbid ikun assorbit kollu. Ferragħ kuċċarun brodu u kompli sajjar. Ibqa’ żid kuċċarun kuċċarun mar-ross sakemm tuża l-brodu kollu waqt li tħawwad minn ħin għall-ieħor sakemm isir ir-ross u jkollok konsistenza kremuża, madwar 20 minuta.

Żid il-puree tal-piżelli, il-kumplament tal-piżelli, il-ġobon Parmiġġjan u bżar u melħ. Itfi n-nar u ħalli r-ross joqgħod għal xi minuti qabel isservih.