Risotto bil-pitravi

Ingredjenti

50g butir

1 basla mqattgħa rqiqa ħafna

250g ross

150ml nbid abjad

litru stock tal-ħaxix, tad-dadi

300g pitravi msajra

1 il-meraq u l-qoxra maħkuka ta’ lumija

tursin imqatta’

125g gobon artab

ponn ġewż inkaljat u mfarrak

Metodu

 Dewweb il-butor f’borma u sajjar il-basla għal 10 minuta bla ma tbiddlilha l-kulur.

Itfa’ r-ross u ħawwad tajjeb. Żid l-inbid u saħħan sakemm dan jibda jagħli. Ħalli hekk għal 5 minuti. Żid l-istock, kuċċarun kuċċarun, sakemm bejn kuċċarun u ieħor l-istock ikun inxtorob.

Ħu nofs il-pitravi u għaffġu fi blender sakemm jiġi lixx. Qatta’ biċċiet in-nofs l-ieħor tal-pitravi.

Meta tara li r-ross ikun sar żid il-pitravi kollu, il-meraq u l-qoxra maħkuka tal-lumija u t-tursin.

Meta sservi poġġi fil-wiċċ biċċiet imfarrka tal-ġobon, il-ġewż u ftit tursin ieħor.