Riskju ta’ dimensja jekk tieħu nagħsa tul il-ġurnata

Studju xjentifiku fil-ġurnal akkademiku Science Translational Medicine wera li nies li ma jirnexxilhomx jorqdu sew matul il-lejl u jħobbu jieħdu nagħsa tul il-ġurnata aktar hemm ċans li jkollhom id-dimensja.

Dan għaliex min jieħu nagħsa tul il-jum għandu iżjed mill-proteina tau li tikkawża bħal għoqiedi fil-moħħ, li jwasslu għad-dimensja. Nuqqas ta’ rqad fil-fond joħloq proteini fil-moħħ li joqtlu n-newroni.

Xi xjentisti waslu għal dan it-tagħrif permezz ta’ studju li wettqu fuq iżjed minn 100 persuna avvanzata fl-età. Huma qalu li l-aħjar irqad għall-bniedem hu rqad fil-fond, li jonqos fil-bniedem iżjed ma jikber. L-irġiel jibdew jorqdu inqas fil-fond meta jkollhom madwar 35 sena, u n-nisa meta jkollhom 50 sena.

L-istudju wera wkoll li t-tobba jistgħu jidentifikaw il-pazjenti li jbatu minn Alzheimer’s jew forom oħra ta’ dimensja billi jistaqsuhom kemm jorqdu tul il-ġurnata.