​Riskju minn prodott tad-dwiefer, min jinqabad jinżamm responsabbli

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed tavża dwar riskju tal-prodott kożmetiku: Depend GelLack, u qed tirtirah mis-suq.
Fi stqarrija, l-MCCAA spjegat li dan il-prodott jinkludi sistema ta’erba’ prodotti: Depend GelLack Base, Depend GelLack Color, Depend GelLack Top u Depend Cleanser.
Avżat li dan il-prodott jimponi riskju kimiku minħabba li fih ammont kbir ta’ acrylate monomer li jista’ jagħmel ħsara lid-dwiefer u lill-idejn.
Barra minn hekk, dawk li jużawh jistgħu jiżviluppaw allerġija għall-bqija ta’ ħajjithom.
L-MCCAA avżat li l-prodott mhux konformi mar-Regolamentazzjoni tal-Prodotti Kożmetiċi u min jinqabad b’dan il-prodott fuq l-ixkafef se jinżamm responsabbli.
L-MCCAA tista’ tiġi kkuntattjata fuq: info@mccaa.org.mt jew 23952000.