Riskju li l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika jkun falz – PD

Read in English.

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li l-għażla tal-President George Vella għas-sejħa tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma kostituzzjonali hi barra minn waqtha u mhux il-mod ta’ kif il-pajjiż jimxi ‘l quddiem.

Godfrey Farrugia qal li hemm riskju li l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika jkun falz ġaladarba l-impenn tal-Isteering Committee għal din ir-riforma xehed li huwa dubbjuż u għandu xamma ta’ ftehim suspettuż diġà mill-gvern. Il-PD qal ukoll li t-terminu ta’ żmien għas-sottomissjonijiet mill-pubbliku hu limitat wisq u l-komunità mhix milħuqha b’mod assolut.

Lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-President George Vella stieden lil dawk kollha interessati biex jibgħatu l-ideat tagħhom dwar x’bidlet jixtiequ jaraw iseħħu fil-Kostituzzjoni fir-riforma li qed tiġi kkunsidrata.

AQRA: Tibda l-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma kostituzzjonali

Repubblika wriet it-tħassib tagħha dwar il-fatt li dak li nbeda fuq ir-riforma kostituzzjonali ma inkludiex lis-soċjetà ċivili. Dan qalitu filwaqt li esprimiet l-apprezzament tagħha għal dak li qal il-President George Vella li dan il-proċess m’għandux ikun limitat għall-interessi taż-żewġ partiti politiċi fil-Parlament, iżda għandu jinkludi parteċipazzjoni wiesgħa, inkluż dik tas-soċjetà ċivili.

AQRA: “Is-soċjetà ċivili għadha mhix inkluża fir-riforma kostituzzjonali” – Repubblika