“Riskju kbir li l-intelliġenza artifiċjali tisraq ix-xogħol ta’ ħafna” – AD

Read in English.

L-Alternattiva Demokratika laqgħet id-dokument ta’ konsultazzjoni li jindirizza diversi dubji li qajjmet l-AD fuq livell ta’ etika u legali.

Id-dokument, fost oħrajn, jindirizza l-possibilità ta’ żbilanċ fis-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali li tistà twassal għal diskriminazzjoni interna li jaf tkun diffiċli biex tisfida. L-AD sostniet li madanakollu id-dokument ta’ konsultazzjoni ma jindirizzax l-impatt soċjali li dan jista’ jħalli, bħal xogħol bħal dak ta’ segretarji, li mal-introduzzjoni tal-intelliġenza artifiċjali jista’ jispiċċa faċilment.

AD sostniet li dan id-dokument għandu jkun assistit minn rapporti fuq l-impatti soċjali li jista’ jħalli hekk kif is-sistema awtomatika jaf fil-verità tkun irħas mill-ispiża tal-pagi tax-xogħol.