Malta fost il-pajjiżi li mhux se jilħqu l-miri tat-tniġġis tal-arja

Read in English.

Il-Kummissjoni Ewropea l-ewwel rapport dwar il-progress tal-pajjiżi Ewropej fir-rigward tal-miri biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja qalet li 10 pajjiżi minn 27 membru tal-Unjoni Ewropea huma mistennija jilħqu l-miri biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja sal-2020. Skont dan ir-rapoort Malta mhijiex waħda minn dawn il-pajjiżi. Il-Kummissjoni qalet li l-10 pajjiżi mistennija jilħqu dawn il-miri huma l-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Greċja, Spanja, il-Kroazja, Ċipru, Netherlands, il-Portugall, L-Islovakkja u l-Finlandja.

Ir-rapport ikompli li skont il-politika preżenti sal-2030, erba’ ġajjiżi biss se jkunu laħqu l-miri tagħhom. Dawn huma l-Finlandja, il-Kroazja, Ċipru u Netherlands.

F’dan ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea qalet li hemm bżonn ta’ aktar sforz biex jitnaqqas l-ammont ta’ mwiet prematuri minħabba t-tniġġis fl-arja. Huwa stmat li madwar 400,000 persuna jmutu minħabba t-tniġġis.

Fi Frar li għadda l-Kummissjoni Ewropea bdiet proċeduri kontra Malta u żewġ pajjiżi oħra wara li fallew milli jippreżentaw lill-Unjoni Ewropea l-programm nazzjonali biex jiġi kkontrollat it-tniġġis tal-arja. F’Marzu, Malta ppreżentat dan id-dokument.