Riserva baxxa tad-demm: għandhom bżonnok!

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm stqarr li l-isfida biex fil-Bank tad-Demm ikun hemm riżerva tajba ta’ demm hi waħda kontinwa, u kultant ċertu żmien jaf ikun diffiċli iktar minn ieħor minħabba restrizzjonijiet bħall-mard staġjonali.

Minkejja dan iż-żmien diffiċli, il-bżonnijiet tal-pazjenti rikoverati fl-isptarijiet Maltin, inkluż ta’ dawk li ser jiġi operati. Għalhekk is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella għal iktar impenn minn dawk li huma f’saħħithom biex jagħtu d-demm. Dan possibbilment għandu jsir ukoll mill-qraba u l-ħbieb tal-pazjenti li qed jiġu, jew ser jiġu rikoverati, u b’hekk jonqos ir-riskju li operazzjonijiet jiġu kanċellati u kull pazjent jinqeda mingħajr stennija.

Intant dawk li jixtiequ jikkoperaw ma’ din sejħa għandhom jersqu:

·               fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00am sas-6:00pm.

·               fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar bejn it-8:30am u s-1:00pm ser ikun fil-wesgħa ta’ wara l-Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard.

·               fil-Berġa tax-Xewkija nhar Il-Ħadd 19 ta’ Jannar ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu l-Karta tal-Identità, il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt

Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq 79307307 jew Freephone 80074313.