Ritratti: Imfakkra l-24 persuna li għerqu bejn Malta u Għawdex 66 sena ilu

Dalgħodu saret it-tifkira f’għeluq is-sitta u sittin anniversarju tat-traġedija li ħasdet il-ħajja ta’ 24 persuna li kienu qed jaqsmu bejn Malta u Għawdex lura fl-1948.
Fit-30 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena luzzu li fuqu kien hemm 28 ruħ u li kien qed jaqsam il-fliegu f’maltempata, għereq u ħalla mejta 24 persuna.
Matul iċ-ċerimonja saret quddiesa minn Fr Joe Cini, fuq il-vapur tal-Gozo Channel MV Gaudos
Fl-aħħar il-mistednin u l-qraba tal-vittmi tefgħu fjuri fil-baħar biex isellmu l-vittmi. 
Għaċ-ċerimonja kien hemm preżenti l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, id-Deputat Parlamentari Franco Mercieca, is-Sindku t’Għajnsielem Francis Cauchi, iċ-ċermen tal-Kunsill tal-Kultura Guido Vella, ir-rappreżentant tal-UNESCO Mons Joe Vella Gauci, iċ-ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina u l-eks Speaker tal-kamra Anton Tabone.   
 
Ritratti: MGOZ – George Scerri