Riratti: Gianluca Dingli u Kyle Micallef fir-Rok Super Finals ġewwa l-Italja

Read in English.

Is-sewwieqa tal-Go-Karts Gianluca Dingli u Kyle Micallef ikkompetew fir-Rok Super Finals 2020 ġewwa l-Italja.

Dan l-avveniment prestiġġjuż sar fil-Franciacorta Racing Track wara li ġie skedat minn trakka oħra wara aċċident u ġie pospost mill-14 għas-17 ta’ Ottubru. Iż-żewġ sewwieqa Maltin Gianluca Dingli u Kyle Micallef ikkompetew fil-Klassi Super Rok u fil-Klassi Mini Rok rispettivament.

Għal Dingli din kienet id-9 finali mondjali konsekuttiva u għas-sewwieq żagħżugħ ta’ 10 snin Kyle Micallef din kienet l-ewwel esperjenza tiegħu.

Dan l-finali sar taħt xita qawwija li kien ta żvantaġġ kbir għas-sewwieqa Maltin minħabba nuqqas ta esperjenza ta sewqan f’dak it-tip ta’ temp. Fil-Pole Position Gianluca Dingli kiseb il-15-il post filwaqt li Micallef kiseb is-27 post fil-klassi tiegħu.

Fil-finali tas-Sibt Dingli beda mill-24 post u rnexxielu jtemm il-finali fil-15-il post. Dingli kien sodisfatt ħafna li jirnexxielu jasal sal-aħħar speċjalment taħt is-sitwazzjoni dinjija preżenti li għamlieta diffiċli ħafna biex wieħed jattendi taħriġ u avvenimenti barra l-pajjiż. Kyle Micallef ma kkwalifikax għall-aħħar finali. Iż-żewġ sewwieqa kienu taħt il-gwida ta’ Valtex Racing Team u tuners tal-magni STM.

Għal dawn is-sewwieqa, dan l-avveniment ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ tas-Segretarju Parlamentari għall-Isport Dr Clifton Grima, Sports Malta, membri tal-familja u ħbieb.

Dan it-tagħrif twassal minn motorsmt.