Ripetizzjoni tas-sena li għaddiet fil-kwarti tal-finali

Bħas-sena li għaddiet, Borussia Dortmund jiltaqgħu ma’ Real Madrid u Bayern München jiltaqgħu ma’ Manchester United.
Konfront intreressanti u kollu Spanjol se jkun dak bejn Barcelona u Atlético Madrid.
Dawn iż-żewġ klabbs Spanjoli lagħbu wkoll kontra xulxin fis-semifinali tas-sena li għaddiet.
L-uniku tim Franċiż ta’ Paris Saint-Germain se jiltaqa’ mal-Ingliżi ta’ Chelsea.
Il-logħba bejn Bayern u Manchester United tfakkarna fir-rebħa tar-Red Devils fl-1999 meta fid-90 minuta skurjaw is-sostituti Teddy Sheringham u Ole Gunnar Solskjær.
Din kienet is-sena li tim Ingliż immexxi mill-kowċ Sir Alex Ferguson kienu wettqu t-Trebble.
Aktar riċenti fl-2000/01 u fl-2009/10 Bayern kienu huma li għaddew għall-finali.
Bayern fil-finali tas-sena li għadiet kienu ħarġu rebbieħa fil-Wembley Stadium kontra r-rivali tagħhom Borussia Dortmund.
Borussia Dortmund kienu waslu sal-finali meta għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 4-1.
Barcelona u Atlético Madrid l-aħħar li ltaqgħu kien fil-Liga Spanjola meta ġew fi dro ta’ mingħajr gowls.
Chelsea u Paris Saint-Germain l-aħħar li ltaqgħu kien fil-gruppi tal-istess kompetizzjoni fl-istaġun 2004/05.
Dakinhar Chelsea f’Pariġi kienu rebħu l-iskor ta’ 3-0 u dro ta’ 0-0 f’Londra.