​Riorganizzazzjoni tal-Animal Welfare f’Għawdex

Is-Servizz tal-Animal Welfare f’Għawdex bħal issa jinsab għaddej minn kambjament u riorganizzazzjoni “li kienet ilha tinħass” qalet il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.
Caruana spjegat li t-tibdil huwa għaddej kemm fuq livell infrastrutturali, fejn qed isiru l-arranġamenti meħtieġa biex tissaħħaħ l-infrastruttura preżenti, kif ukoll fuq dak ta’ ħaddiema sabiex ikompli jissaħħaħ u jitjieb is-servizz li diġà qed jingħata. Il-Ministeru għal Għawdex stqarr li xtara wkoll ambulanza ġdida.
Sakemm jitlesta x-xogħol, qed tittella’ struttura temporanja skont l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex tilqa’ l-annimal tal-Animal Welfare qal il-Ministeru.
Il-Ministru Caruana qalet ukoll li tinsab għaddejja  konsultazzjoni wiesgħa fuq ir-razzett sperimentali tax-Xewkija u li hemm il-ħsieb li fiż-żona jinħoloq ġnien għall-familji.
Ritratti: MGOZ