Rinovar fil-housing estates tal-Fgura

Kien imħabbar mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes li 50 familja li jgħixu fi tmien housing estates fil-Fgura se jkunu qed jibbenefikaw minn xogħlijiet ta’ rinovar li se jsiru permezz ta’ investiment li jlaħħaq il-€45,000. Hu qal li b’hekk se jkunu qed jassiguraw li dawn ir-residenti se jkunu qed jgħixu f’ambjent xieraq.

Ix-xogħlijiet intgħażlu mir-residenti stess permezz ta’ amministratur bil-għan li l-investiment imur fejn ir-residenti jemmnu li hu l-aktar meħtieġ. Uħud mix-xogħlijiet,fost l-oħrajn jinkludu tibdil ta’ aperturi u ta’ madum imkisser, xogħlijiet fuq is-soqfa u installazzjoni ta’ light-fittings u intercom.

Dan ix-xogħol jingħaqad ma’ investimenti oħra li qegħdin isiru fhousing estates madwar Malta fosthom f’dawk ta’ Santa Venera u tal-Imsida.